Wara l-polemika li nqalgħet dwar il-kantanta Russa u li ġie deċiż li mhux se titħalla tidħol l-Ukrajna għaliex kienet marret tkanta fil-Krimeja fl-2015, issa ġie żvelat li l-organizzaturi tal-Eurovision, l-EBU, issa offrew li l-kantant titħalla tipparteċipa mir-Russja stess permezz tas-satellita. Din is-sena l-Eurovision se jkun organizzat fl-Ukrajna f’Mejju li ġej.
L-organizzaturi sostnew li sadanittant huma qed ikomplu jiddiskutu mal-awtoritajiet Ukreni bit-tama li s-sitwazzjoni tissolva u ma’ jkunx hemmx bżonn li jirrikorru għas-soluzzjoni tas-satellita, xi ħaġa li qatt ma’ ġrat f’60 sena ta’ storja tal-Eurovision.
Ir-Russja kienet għaqdet il-Krimeja mal-kumplament tal-pajjiż fl-2014.
//= $special ?>