Lokali

FILMAT: Ma jweġbux jekk kinux qed jagħmlu BBQ

Investigazzjonijiet intensivi mill-esperti forensiċi

Raġel mill-Mali għadu qed jissielet mal-mewt wara li dalgħodu ddaħħal l-Isptar kawża tad-duħħan li belgħa l-lejl li għadda fl-appartament li kien rieqed fih fl-Imsida. Fl-istess inċident, miet ħabib ieħor ta’ dan ir-raġel li ukoll hu mill-Mali.

Skont is-sorsi tagħna, id-duħħan tossiku kien kaġunat minn BBQ li tqabbad fuq ġewwa ta’ din ir-residenza.

Dalgħodu Net News kien l-ewwel li wasalt fil-post u tkellem ukoll ma’ immigranti oħra li jgħixu f’dan l-appartament. Iżda huma ma xtaqux jikkummentaw jekk kienx qed isir BBQ jew le.