Internazzjonali

Iwissi dwar gwerra bierda ġdida

epa05865049 Chinese Premier Li Keqiang speaks to President of the Australian Senate Stephen Parry and the Speaker of the House of Representatives Tony Smith (not pictured) during a meeting at the Parliament House in Canberra, Australia, 23 March 2017. Li Keqiang is on a five-day official visit to Australia. EPA/LUKAS COCH AUSTRALIA AND NEW ZEALAND OUT

Li Keqiang, il-Prim Ministru Ċiniż, wissa li ċ-Ċina ma tridx tara gwerra bierda ġdida u enfasizza li minn dejjem għal pajjiżu l-paċi kienet l-aktar ħaġa prezzjuża.

Hu qal dan waqt żjara fl-Awstralja u fl-isfond tat-tensjoni dejjem tiżdied fil-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina minħabba l-kontroll ta’ diversi gżjjer.

Waqt li kien qed jindirizza l-Parlament f’Canberra, qal li ċ-Ċina ma xtaqitx tara pajjiżi jappoġġjaw naħa jew oħra bħalma kien jiġri fil-Gwerra l-Bierda.

Hu qal li ċ-Ċina kienet tirrispetta l-politika barranija Awstraljana u sakemm dawn kienu konsistenti maċ-Charter tan-Nazzjonijiet Uniti u l-liġijiet internazzjonali, iċ-Ċina kienet se tikkoopera biex tkompli f’din it-triq. It-twissija ta’ Li qed tkun interpretata wkoll bħala twissija lil Julie Bishop, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Awstraljana, li reċentament sostniet li l-Istati Uniti għadha l-potenza strateġika ewlenija fl-Asja u l-potenza indispensabbli fir-reġjun tal-Oċean Paċifiku.

Hi wkoll sostniet li n-nuqqas ta’demokrazija fiċ-Ċina kienet qed tkun ta’ xkiel bex il-pajjiż jilħaq il-potenzjal ekonomiku kollu tiegħu.

Il-pożizzjoni dejjem aktar assertiva fir-reġjun Asjatiku taċ-Ċina kulma jmur dejjem qed iqanqal aktar tensjoni. Iżda Li qal li ċ-Ċina kienet determinata li l-qawmien tagħha tkun paċifika u ma kenitx qed tipprova turi dominanza fir-reġjun.