Lokali

FILMAT: Raġel mejjet f’appartament fl-Imsida; ieħor l-isptar kawża ta’ dħaħen tossiċi minn BBQ

Taġedja li ħalliet persuna mejta f'appartament fl-Imsida

Dalgħodu persuna mill-Mali nstabet mejta f’appartament fl-Imsida waqt li persuna oħra ttieħdet l-isptar Mater dei għal kura wara li matul il-lejl belgħu ammont ta’ gass kkawżat minn BBQ.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li l-persuni kollha mill-Mali, żgħażagħ, ilbieraħ filgħaxija għamlu BBQ u jidher li matul il-lejl dan il-BBQ tħalla mixgħul u dan wassal biex il-persuni belgħu gassijiet tossiċi.

Persuni fil-post qalu li kien biss dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa li wieħed minnhom induna li xi ħaġa ma kienetx sew u hemmhekk ċemplu għall-għajnuna. Fl-appartement kien hemm disa’ persuni jgħixu f’erba’ kmamar.

L-investigazzjonijiet min-naħa tal-Pulizija qed jitmexxew mill-Ispettur Lara Butters.