Futbol Sport

Pepe Reina jħalli l-iskwadra Spanjola

Pepe Reina mhux se jkun disponibbli għal Spanja

Il-gowlkiper ta’ Napoli Pepe Reina kellu jitlaq lill-iskwadra Spanjola minħabba li naqas milli jirkupra minn injury. Il-gowlkiper ta’ 34 sena tilef sessjoni ta’ taħriġ li saret nhar it-Tlieta li għadda u mhux se jkun f’kundizzjoni għal logħba ta’ tmiem il-ġimgħa.

Spanja se tilgħab logħba valida mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 kontra l-Iżreal u logħba ta’ ħbiberija il-ġimgħa d-dieħla kontra Franza.
Minflok Reina se jkun qed jieħu postu l-gowlkiper ta’ Athletic Bilbao Kepa.

Asier Illarramend, plejer ta’ Real Sociedad ġie mgħajjat għall-ewwel darba mat-tim tal-kbar filwaqt li Marcos Alonso ġie eskluż.