In-numru ta’ vittmi wara l-attakk tal-bieraħ f’Londra issa tela’ għal ħamsa. 40 huma l-midruba, f’dak li l-awtoritajiet Ingliżi qed iqisu bħala attakk terroristiku.
Il-Pulizija li nqatel b’daqqiet ta’ sikkina ġie identifikat bħala missier ta’ 48 sena. Il-vittma hu l-kuntistabbli Keith Palmer (ritratt).
Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May iddeskriviet l-attakk f’Westminster bħala “attakk fuq id-demokrazija”.
Illum mistenni jiltaqa’ l-Parlament f’Westminister kif skedat.
//= $special ?>