Il-winger Olandiż Arjen Robben qal li kien hemm perjodu fejn beda jaħseb biex jirtira madankollu issa qed jiffoka biex jgħin lil pajjiżu jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja tal-2018.
Matul dawn l-aħħar żewġ staġuni Robben kellu diversi injuries u kienet din ir-raġuni prinċipali għaliex hu beda jaħsibha jirtirax jew le.
Il-plejer ta’ 33 sena issa qed jagħmel minn kollox biex ikun parti mit-tim li sentejn oħra jista’ jkun qed jikkompeti fit-Tazza tad-Dinja li se ssir fir-Russja.
L-Olanda ddiżappuntant bil-kbir hekk kif naqqset milli tikkwalifika għall-Kampjonat Ewropew li sar sena ilu u b’hekk Robben qal li jittama li din id-darba jilgħab fit-turnament maġġuri li jmiss.
Nhar is-Sibt li ġej l-Olanda tilgħab kontra l-Bulgarija f’Sofia f’logħba valida mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-2018.
//= $special ?>