It-titjira KM394, li dalgħodu kellha titniżżel f’Milan se tkompli fitriqitha lejn Amsterdam. Dan wara li sarulha l-ispezzjonijiet neċessarji.
Aktar kmieni:
Titjira tal-Air Malta KM394 li dalgħodu telqet minn Malta lejn Amsterdam kella tinżel f’Milan minħabba problemi tekniċi.
Kelliem għall-Air Malta qalilna li t-titjira telqet fil-ħin minn Malta imma waqt il-vjaġġ kien hemm xi problemi tekniċi. Għal dan il-għan it-titjira kien deċiż li tinżel f’Milan bħala prekawzjoni.
Fl-ebda ħin ma kien hemm allarm jew xi tip ta’ periklu.
Il-Kelliem tal-Air Malta qalilna li fil-preżent l-ajruplan qed jiġi spezzjonat minn inġiniera, qabel ikun jista’ jkompli bil-vjaġġ tiegħu. Min-naħa tagħha l-Air Malta qed taħdem biex ma jkunux affetwati titjiriet oħrajn.
//= $special ?>