Għawdex Lokali

Anzjana tindarab gravi wara li nqabdet bejn żewġ karozzi f’Għawdex

L-isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji
Tweġġa gravi wara li nqabdet bejn żewġ karozzi fir-Rabat Għawdex

Anzjana ta’ 75 sena mir-Rabat Għawdex sofriet ġrieħi gravi wara li nqabdet bejn żewġ karozzi f’Għawdex stess.

L-inċident seħħ fi Triq l-Arċisqof Pietru Pace, ir-Rabat, Għawdex għall-ħabta tad-9:15 ta’ dalgħodu meta l-anzjana pparkjat il-karozza tagħha u għal xi raġuni l-karozza mxiet, b’konsegwenza li l-mara nqabdet bejn il-karozza tagħha u karozza oħra pparkjata.

Fuq il-post waslet ambulanza li ħadet il-mara l-isptar Ġenerali t’Għawdex u aktar tard ġiet ċertifikata li sofriet ġrieħi gravi. Il-Pulizija mid-distrett tar-Rabat, Għawdex qed tinvestiga dan il-każ.

F’dan l-inċident tlett vetturi oħra ġarbu xi ħsarat waqt li kienu pparkjati fl-istess triq.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.