Jirraporta minn Ruma
Dawn huma ġranet ta’ tensjoni u dwejjaq għall-Ewropa fid-dawl ta’ dak li ġara f’Londra, iżda rajna Unjoni Ewropa li flimkien ingħaqdet u rreaġixxiet.
Kliem Federica Mogherini, Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà li llum ħadet sehem f’dibattitu għaċ-ċittadini flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat fejn ġie diskuss il-futur tal-Unjoni Ewropea.
“Ma jistax ikun hemm Brexit tas-solidarjetà fl-Ewropa, kif uriet il-mewġa ta’ solidarjetà mal-Ingilterra wara l-attakki terroristiċi tal-aħħar jiem,” qal Joseph Muscat.
Fid-dawl taċ-ċelebrazzjonijiet tas-60 sena mill-iffimar tat-Trattament ta’ Ruma, Muscat wissa’ li l-Unjoni Ewropea issa trid tieħu deċiżjoni li timxi ‘l quddiem, kif għamlu l-mexxejja Ewropej sittin sena ilu.
//= $special ?>