Futbol Sport

Everton jassiguraw l-art li biha se jibnu stadium ġdid

Goodison Park ilu d-dar ta' Everton mill-1892

Everton għamlu pass kbir fl-għan tagħhom li jibnu stadium wara assiguraw ftehim biex jixtru art f’Liverpool. Filwaqt li għad hemm numru ta’ ostakli fosthom il-permessi u l-flus neċessarji għal proġett li se jiswa madwar €350 miljun, dan hu l-bidu ta’ proċess li hu mistenni jara lil Everton jitilqu minn Goodison Park, grawnd li ilhom jilagħbu fih mill-1892.

Il-Kap Eżekuttiv tal-klabb Robert Elstone qal li jistgħu jmorru għal fażi li jmiss tax-xogħol b’aktar kunfidenza. Hu qal li hu importanti li jkollhom idea dwar kemm se jiswa l-proġett għaliex sostna li se jkun aktar għoli fi Bramley Moore Dock.

Matul l-aħħar snin, Everton fallew fi tliet tentattivi biex isibu sit ġdid għall-istadium li hu tajjeb għal futbol modern. Fl-2000 kienu ħabbru li se jmorru King’s Dock iżda l-proġett wara li ma nstabx investitur. Fl-2009 kienu se jmorru Kirkby bħala parti mill-investiment ta’ Tesco, iżda inkjesta pubblika waqqfet il-pjanijiet.

Is-sena l-oħra, kien hemm lokazzjoni oħra viċin Goodison Park, fejn f’Walton Hall Park kien propost li l-grawnd ikun parti minn żvilupp residenzjali, żvilupp ta’ ħwienet ġodda u d-divertiment. Iżda minħabba problemi ta’ finanzi u sostenibbiltà, il-proġett ma kienx sar lanqas.

Tags