Fil-Bażilika ta’ Santa Liena f’Birkirkara sar il-funeral ta’ Joyce Muscat, mart l-ex Deputat Nazzjonalista Richard Muscat.
Għall-funeral minbarra l-familja u l-qraba, attendew ukoll il-Kap tal-PN Simon Busuttil, il-Viċi Kapijiet Mario de Marco u Beppe Fenech Adami, l-ex Kapijiet Lawrence Gonzi u Eddie Fenech Adami u Deputati Parlamentari. Preżenti wkoll il-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici u uffiċjali u kandidati tal-Partit Nazzjonalista.
Joyce Muscat mietet fl-Isptar San Raffaele f’Milan fis-16 ta’ Marzu.
Hi meqjusa bħala mara ta’ kuraġġ u ta’ fidi kbira u kienet strumentali biex żewġha Richard seta’ jxandar minn Sqallija l-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista f’perjodu fil-bidu tas-snin 80 fejn f’Malta ma kienx hawn il-liberta’ tal-espressjoni.
Hi ħalliet jibku t-telfa tagħha lil żewġha Richard u uliedha Massimo, Mariano u Marco u l-familji tagħhom, ommha, qraba u ħbieb.
//= $special ?>