Formula 1 Sport

Hamilton b’distakk notevoli fl-ewwel żewġ sessjonijiet ta’ dalgħodu

Bidu pożittiv minn Lewis Hamilton (Ritratt: EPA)

Lewis Hamilton kien dominanti fl-ewwel ġurnata ta’ provi liberi bi preparazzjoni għall-ewwel tiġrija, meta spiċċa fl-ewwel post fiż-żewġ sessjonijiet ta’ dalgħodu..

Hamilton spiċċa b’vantaġġ ta’ ftit aktar min-nofs sekonda fuq Vettel u Bottas, b’ħin ta’ 1:23.620. “Hu jinsab fi klassi għalih fil-mument,” ammetta l-kap tal-Mercedes Toto Wolff.

“Wara xi problemi f’Barcelona, ma konniex ċerti jekk hux se jkun hemm l-istess problema. Li jagħmel kuraġġ hu li ninsabu f’ċirkwit differenti ġimgħa wara, u l-karozza tinsab f’pożizzjoni li għandha tkun,” qal Hamilton. Sebastian Vettel fired liż-żewġ sewwieqa tal-Mercedes, bid-duo tar-Red Bull jispiċċaw wara l-Mercedes u l-Ferrari.

Kien hemm diversi sewwieqa li kellhom xi problemi wkoll. Wara problema fit-transmission fl-ewwel sessjoni, Jolyon Palmer tar-Renault tilef il-kontroll fl-aħħar kantuniera, bis-sewwieq Ingliż jagħmel ħsara kemm fuq quddiem u fuq wara tal-karozza, biex tilef il-kumplament tas-sessjoni. Felipe Massa tal-Williams kellu problema elettrika fil-karozza u spiċċa biex waqaf fuq iċ-ċirkwit.

Punt pożittiv kien għal McLaren li rnexxielhom jispiċċaw il-ġurnata mingħajr problemi kbar. Minkejja li d-distakk minn mal-kbar baqa’ kbir, Fernando Alonso spiċċa fit-12-il post. Iżda kien hemm numru ta’ karozzi, fosthom it-tnejn ta’ Williams li spiċċaw warajh.

Kif Spiċċaw

Lewis Hamilton          Mercedes    1:23.620

Sebastian Vettel          Ferrari        +0.547

Valtteri Bottas             Mercedes    +0.556

Kimi Raikkonen          Ferrari        +0.905

Daniel Ricciardo         Red Bull     +1.030

Max Verstappen          Red Bull     +1.393

Carlos Sainz                 Toro Rosso +1.464

Romain Grosjena        Haas           +1.816

Nico Hulkenberg        Renault       +1.858

Daniil Kvyat                Toro Rosso +1.873

Sergio Perez                Force India +1.971

Fernando Alonso       McLaren     +2.380

Esteban Ocon             Force India +2.525

Felipe Massa              Williams     +2.711

Marcus Ericsson        Sauber        +2.878

Lance Stroll                Williams     +2.905

Stoffel Vandoorne     McLaren     +2.988

Pascal Wehrlein         Sauber        +3.299

Kevin Magnussen      Haas           +3.659

Jolyon Palmer            Renault       +3.929