Raġel li kien se jiffaċċja ġuri dwar attentat ta’ qtil tat-tifel ta’ missier l-ex sieħba tiegħu se jgħaddi proċeduri skont l-att tal-akkuża tal-prosekuzzjoni wara li l-Qorti tal-Appell irrifjutat talba biex partijiet mill-akkuża jitnħħew.
Daniel Felice jinsab akkużat li ikkaġuna feriti gravi fuq Sean Holmes meta sparalu barra mid-dar tal-familja f’Diċembru 2007. Ir-relazzjoni barra miż-żwieġ ta’ missier l-akkużat u omm il-vittma iddeġenerat sal-punt kien hemm abbuż fiżiku. Omm il-vittma allegat li sofriet diversi feriti minn Silvio Felice, ir-raġel tal-akkużat.
F’Diċembru 2007 Holmes mar Għawdex biex jikkonfronta lil omm il-maħbuba tiegħu meta qam agrument vjolenti barra d-dar ta’ Felice fl-Għarb bejn Holmes u missier l-akkużat. Hekk kif Holmes kif se jitlaq, Felice allegatament sparalu diversi tiri u laqtu tliet darbiet f’dahru. L-għada l-pulizija rċeviet rapport li raġel Ingliż kien ferut kien instab ħdejn telephone boot fiċ-Ċirkewwa. Il-pulizja arrestat lil Felice li qed jistenna li jgħaddi ġuri.
L-akkużat qajjem oġġezzjonijiet dwar riferenzi fl-att tal-akkuża fejn qed isostni li dawn qed jiskrulu d-drittijiet fundamentali tiegħu.
Il-Qorti Superjuri tal-Appell ikkonfermat sentenza mogħtija iktar qabel li tirrifjuta l-oġġezzjonjiet tal-akkużat. Al-appell tiegħu Felice għamel riferenza għar-relazzjoni barra miż-żwieġ ta’ missieru, għall-allegati abbużi fiżiċi u għal dak li seħħ fl-iniċident fl-Għarb u qal li dawn ippreġudikaw il-pożizzjoni tiegħu. Saret ukoll oġġezzjoni għal partijiet mix-xhieda tal-vittma.
Il-Qorti ma laqgħetx dawn l-argumenti u ddikjarat li għandha tkun il-Qorti Kriminali li tisma l-evidenza kollha mressqa mill-prosekuzzjoni. Il-ġurati għandhom janalizzaw il-provi meħtieġa fil-kuntest ġenerali.
//= $special ?>