Is-Segretarju Ġenerali tal-Youth FA Joe Micallef esprima d-deċiżjoni tal-Bord tal-Kontroll u d-Dixxiplina tal-istess assoċjazzjoni, wara l-aħħar każ li dan il-bord kellu jieħu.
Il-Bord iddeċieda li t-tim ta’ taħt is-17–il sena ta’ Marsa jiġi sospiż mill-Kampjonat u kompetizzjonijiet oħra organizzati mill-Youth FA sal-aħħar tal-istaġun 2016-2017. b’effett immedjat. Ingħataw ukoll multi u garanziji relatati mal-komportament ħażin tal-plejers kif ukoll mal-imġieba mhux xierqa tal-partitarji ta’ Marsa. Kien deċiż ukoll li r-riżultat għandu jibqa’ minħabba l-abbandun tal-partita, jiġifieri r-riżultat jaqra favur 1-0 Mtarfa.
Micallef qal l-Kunsill tal-Youth FA jiddeplora kull irregolarità. “Kull aġir aggressiv jew anti-sportiv mhux aċċettabbli u għaldaqstant ma tintwera ebda ħniena ma’ dawk li jonqsu. Inċidenti bħal dawn imorru kontra l-prinċipji bażiċi tal-Youth FA u tal-logħba tal-futbol: IR-RISPETT…lejn il-logħba u lejn dawk involuti fil-qasam tal-youth futbol li ħafna minnhom jiddedikaw ħafna minn ħinhom b’mod volontarju biex dejjem jippruvaw imexxu n-nursery tagħhom ‘l quddiem.”
Wara li l-Bord sema’ l-verżjonijiet dwar dan il-każ, irriżulta li l-komportament tat-tim ta’ taħt is-17 –il sena ta’ Marsa kien wieħed ħażin ħafna waqt ħinijiet mit-tieni taqsima.
//= $special ?>