L-Awtorità tat-Turiżmu Maltija għadha kemm ħarġet stqarrija li l-attività annwali tal-Isla of MTV se tkun qed tittella’ fuq il-Fosos tal-Floriana.
Kuntrarju għal rapporti li ħarġu minn midja lokali, fejn intqal li din is-sena l-Isle of MTV kien se jittella’ f’Ta’ Qali, l-awtorità qalet li se jittella’ bħas-snin preċidenti.
L-Isle of MTV ta’ din is-sena se jittella’ nhar is-27 ta’ Ġunju. Din se tkun il-ħdax-il sena konsekuttiva li fiha se jkun qed isir dan il-kunċert.
//= $special ?>