Matul il-ġimgħat li għaddew l-Uffiċjali tad-Dwana qabdu 12-il container li kienu waslu Malta u se jitilqu għal destinazzjoni oħra li fihom kellhom eluf ta’ prodotti fioloz. Dawn kienu jinkludu 14,000 blalel tal-football ta’ tliet trademarks differenti; 11,200 ilbies tat-tfal; 30,660 biċċa lingerie ta’ trademark popolari; 9,792 fliexken tax-shampoo; 9,030,000 sigarett (903 master cases); 23,552 qalziet tat-tracksuit taq’ diversi timijiet tal-football popolari; container ta’ 20 pied b’58 kaxxa ta’ spare parts tal-karozzi; eluf ta’ arloġġi tal-id ta’ trademarks famużi u 42,000 żarbun sportiv ta’ diversi trademarks popolari.
Dawn il-prodotti kollha oriġinaw mill-Lvant imbiegħed fi triqithom lejn l-Afrika ta’ Fuq ħlief għall-ispare parts tal-karozzi li kienu destinati għall-Albanija.
Prodotti foloz li nqabdu u li kienu destinati għal Malta kienu jinkludu 100 game controllers; ħwejjeġ tad-ditta; bastijiet u ċinturi tad-ditta u flokkijiet u tracksuits ta’ clubs tal-football popolari.
Id-Dipartiment tad-Dwana ta’ Malta hi magħrufa mal-Unjoni Ewropea bħala waħda mill-entitajiet ewlenin Ewropej fil-ġlieda kontra s-suq ta’ prodotti foloz.
//= $special ?>