Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ f’inċident ma’ vann f’Raħal Ġdid

Ritratt mill-arkivji
Netnews.com.mt jinsab infurmat li hemm persuni li weġġgħu iżda mhux magħrufa l-kundizzjoni tagħhom

Għad mhux magħrufa l-kundizzjoni ta’ sewwieq ta’ mutur li weġġa’ f’inċident tat-traffiku bejn il-mutur li kien qed isuq u vann.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.20 ta’ waranofsinhar fi Vjal Sir Paul Boffa f’Raħal Ġdid, qrib it-tidal lane li hemm f’dan il-vjal.

L-impatt li wassal għall-inċident seħħ bejn vann tat-tip Toyota, misjuq minn raġel ta’ 39 sena li joqgħod Bormla u mutur tat-tip Kawasaki misjuq minn raġel ta’ 34 sena li joqgħod il-Fgura. Iż-żewġ vetturi kienu qed jinstaqu fid-direzzjoni lejn Raħal Ġdid.

B’konsegwenza tal-inċident, is-sewwieq tal-mutur kellu jittieħed l-isptar għall-kura, madanakollu l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.