Lokali

Studenti bl-awtiżmu jew b’diffikultajiet oħra issa jistgħu jitħarrġu fl-Università ta’ Malta

L-Università ta' Malta
Is-Senat tal-Università ta’ Malta għadu kif implimenta bidla f’waħda mir-regoli tal-Università ta’ Malta sabiex tagħti din l-opportunita’ lil dawn l-istudenti.

Studenti bl-awtiżmu jew b’diffikultajiet oħra ta’ tagħlim se jkunu jistgħu jibdew jitħarrġu f’kors fl-Università ta’ Malta.

Filfatt, is-Senat tal-Università ta’ Malta għadu kif implimenta bidla f’waħda mir-regoli tal-Università ta’ Malta sabiex tagħti din l-opportunita’ lil dawn l-istudenti.

Dan il-bdiel fir-regoli se jkun qed jolqot b’mod speċjali lil studenti li għalkemm ikollhom l-abilità li jitħarrġu f’kors l-Università, ikunu sabuha diffiċli sabiex jiksbu marka tajba f’xi eżamijiet tal-livell ordinarju (SEC), anki jekk ikunu kisbu eżamijiet oħra fil-livell avvanzat. Ir-regoli, qabel illum, ma kienux jippermettu li persuni mingħajr dawn l-eżamijiet jidħlu l-Università.