Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ li fih iż-żagħżugħ spiċċa magħfus bejn il-vann u l-ħajt
Żagħżugħ ta’ 23 sena weġġa’ gravi wara li lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-7p.m. spiċċa magħfus bejn vann u ħajt f’Ħal-Far.
Fuq il-post marru pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet iż-żagħżugħ l-isptar għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>