Sliema ASC komplew isaħħu s-settur tal-għawm wara li ħatru lil Alfred Cachia bħala Direttur tal-Għawm tal-klabb. Cachia hu isem sinonimu mal-isport Malti b’esperjenza kbira kemm fis-settur tal-kowċing kif ukoll fis-settur amministrattiv fuq livelli ta’ klabbs u dak nazzjonali. Il-kwalifiki tiegħu fissru f’diversi lezzjonijiet u diskussjonijiet mal-għaqdiet sportivi kemm fix-xena lokali kif ukoll dik internazzjonali.
Is-Segretarju tal-klabb Darren Saliba qal li l-ħatra ta’ Cachia waslet fl-aħjar ħin hekk kif il-klabb qed iħares lejn l-espansjoni tal-akkademja tal-Għawm. “Alfred Cachia kellu diversi rwoli mal-klabbs u man-nazzjonal matul is-snin, anki jekk dejjem kellu l-għawm għal qalbu. Hu l-kowċ tal-kowċis u ninsabu grati li ngħaqad magħna.”
Cachia se jkun assistit mill-Head Coach Cikka Paolella u l-koordinatur tal-Għawm Kevin Cesaru, kif ukoll numru ta’ kowċis bl-esperjenza bħal Julian Harding, Jeffrey Galea u Louise Cachia fost l-oħrajn. Dawk li huma interessati li jingħaqdu mal-akkademja tal-għawm jistgħu jibagħtu email fuq darren@sliema-asc.org.mt.
//= $special ?>