Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump waħħal fid-Demokratiċi wara l-falliment tal-abbozz propost ta’ liġi dwar is-saħħa.
Dan l-abbozz kellu jiġi rtirat minn Trump ilbieraħ għax ma kellux biżżejjed appoġġ biex jgħaddi mill-Kungress. Dan qed jitqies bħala falliment kbir għal Trump, fejn fil-kampanja elettorali tiegħu dam jisħaq b’mod negattiv ħafna kontra l-pjan ta’ saħħa magħruf bħala ‘Obamacare’ li twettaq mill-eks President Barack Obama.
Waħda mill-wegħdiet elettorali ewlenin ta’ Trump kienet li jneħħi dan il-programm. L-Ispeaker tal-Kamra Paul Ryan qal li flimkien mal-President, iddeċidew li jiritiraw dan il-vot wara li deher ċar li ma kellux biżżejjed appoġġ mir-Repubblikani.
//= $special ?>