Matthew Mamo minn Ruma
Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea ffirmaw dikjarazzjoni li fil-qofol tagħha hemm l-intenzjoni li lkoll flimkien jaħdmu għal Ewropa iktar b’saħħitha u magħquda. d-dikjarazzjoni ffirmata mill-mexxejja kollha tal-pajjiżi Ewropej torbothom li jaħdmu fuq 4 punti: Ewropa sikura, li toffri prosperità u sostenibbiltà, soċjali u wkoll iktar b’saħħitha fuq livell globali.
Din id-dikjarazzjoni ddaħħlet fis-seħħ hekk kif il-mexxejja Ewropej qed jiltaqgħu flimmien f’Ruma wara li bħal-lum 60 sena fil-kapitali Taljana ġie ffirmat it-Trattat ta’ Ruma.
Dan kien pass importanti li eventwalment wassal għall-holqien ta’ suq komuni bejn l-istati membri u t-twaqqif tal-Kummissjoni Ewropea.
Dakinhar il-mexxejja Ewropej ħadu deċizjoni li jimxu lil’hinn mill-Komunità tal-Faħam u l-Ħadid u jħarsu lejn il-futur fid-dawl li dawn l-industriji kienu qed ibattu.
Illum, 60 sena wara, il-mexxejja Ewropej ukoll kellhom deċizjoni importanti x’jieħdu fi żmien diffiċli u kruċjali. Dan hekk kif l-Unjoni Ewropea għaddejja minn żmien ta’ sfidi kbar kawża ta’ Brexit, rata ta’ qgħad għolja u terroriżmu fost l-oħrajn.
//= $special ?>