Lokali

Illejla nmexxu l-arloġġ siegħa ‘l quddiem

L-arloġġ jimxi siegħa 'l quddiem
Illejla ftakar li fis-sagħtejn ta' filgħodu nressqu l-arloġġ siegħa 'l quddiem

Illejla fis-sagħtejn ta’ filgħodu, fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, se nressqu l-arloġġ siegħa ‘l quddiem. Dan iġifieri mis-sagħtejn ta’ filgħodu jrid idur fuq it-tlieta ta’ filgħodu.

Għaldaqstant, illejla se norqdu siegħa inqas mis-soltu, u minn għada se nibdew ingawdu ġranet itwal hekk kif ix-xemx tibda l-inżul tagħha aktar tard fil-ġurnata.

Importanti li wieħed jinnota wkoll li numru kbir ta’ arloġġi elettroniċi, partikolarment dawk fuq mobiles u laptops, jimxu siegħa ‘l quddiem waħedhom mingħajr ebda bżonn li jitranġaw manwalment.