Fl-aħħar sigħat daħlet fis-seħħ il-projbizzjoni għall-ġarr ta’ laptops u tablets fost l-affarijiet personali li jistgħu jġorru l-passiġġieri waqt titjiriet mit-Turkija u xi pajjiżi Afrikani u tal-Lvant Nofsani lejn l-Istati Uniti u r-Renju Unit.
L-uffiċjali li implimentaw id-direttiva jinsistu li tagħmir akbar minn smartphone irid jinżamm fl-istiva tal-ajruplan u mhux bħala cabin-baggage minħabba t-theddida li t-tagħmir jista’ jkun fih l-isplussivi.
Il-projbizzjoni min-naħa tal-Istati Uniti qed tkopri tmien pajjiżi waqt li r-restrizzjonijiet applikati mir-Renju Unit jinvolvu t-titjiriet minn sitt pajjiżi partikulari.
Sadanittant, disa’ linji tal-ajru minn tmien pajjiżi li huma t-Turkija, il-Marokk, il-Ġordan, l-Eġittu, l-Emirati Għarab, il-Qatar, l-Arabja Sawdija u l-Kuwajt qed ikunu affettwati mill-projbizzjoni fuq il-laptops tal-awtoritajiet Amerikani. Dan meta magħruf li l-linji inkwistjoni joperaw madwar 50 titjira kuljum lejn l-Istati Uniti.
//= $special ?>