Fl-Iraq kompliet l-offensiva fuq l-ISIS fil-belt ta’ Mosul meta eluf ta’ nies qegħdin jaħarbu mill-inħawi biex jevitaw l-attakki mill-ajru u l-ġlied qalil bejn it-truppi tal-Gvern u t-terroristi.
Il-qawwiet tal-ajru tal-koalizzjoni mmexxija mill-Istati Uniti għadhom għaddejjin bil-bumbardamenti fuq l-ISIS fiz-zona, fost rapporti li għexieren ta’ nies intradmu taħt it-tifrik ta’ bini waqt attakk ta’ xi jiem ilu fuq il-Punent ta’ Mosul.
Sigħat ilu kien żvelat ukoll li qegħdin imutu aktar ċivili Iraqqin li qed jinqabdu ‘fl-eqqel tal-bumbardamenti mill-ajru’
Il-qawwiet Iraqqin u tal-koalizzjoni ilhom minn Ottubru jmexxu l-offensiva biex jieħdu lura Mosul minn idejn l-ISIS. Sadanittant, ir-residenti tal-belt qalu li t-terroristi, fil-preżent, qegħdin jirreżistu minn qalb id-djar ta’ Mosul fejn anki spiċċaw jużaw numru ta’ ċivili bħala tarka umana.
//= $special ?>