Matthew Mamo minn Ruma
Bħal-lum 60 sena ilu ġewwa Ruma ġie ffirmat it-Trattat ta’ Ruma, pass importanti li eventwalment wassal għall-ħolqien ta’ suq komuni bejn l-istati membri u t-twaqqif tal-Kummissjoni Ewropea.
Dakinhar il-mexxejja Ewropej ħadu deċiżjoni li jimxu lil’hinn mill-Komunità tal-Faħam u l-Ħadid u jħarsu lejn il-futur fid-dawl li dawn l-industriji kienu qed ibattu.
Illum, 60 sena wara, il-mexxejja Ewropej qed jiltaqgħu f’Ruma biex ifakkru dan l-avveniment importanti għall-Unjoni Ewropea u wkoll għandhom deċiżjoni importanti x’jieħdu fi żmien diffiċli u kruċjali.
Dan hekk kif l-Unjoni Ewropea għaddejja minn żmien ta’ sfidi kbar kawża ta’ Brexit, rata ta’ qgħad għolja u terroriżmu fost oħrajn.
Il-laqgħat minn hawn ‘il quddiem se jkunu test importanti għall-Unjoni Ewropea. Se jirnexxielha l-unjoni tissaħħaħ mill-ġdid jew tikkrolla taħt il-pressjoni.
Aqra aktar;
//= $special ?>