Lokali Qorti

Jitressqu żewġ fotografi akkużati b’reati kontra minorenni

Quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, l-Ispettur Joseph Busuttil spjega li waslet informazzjoni lill-Pulizija mingħand l-Interpol li kien qed jiġu trażmessti ritratti pornografiċi jew indeċenti ta' minorenni minn sit barrani għal sit Malti. Minn investigazzjoni tal-Pulizija irriżulta li kien hemm ritratti li tniżżlu f'IP Address f'Malta u t-taqsima tas-Cyber Crime tal-Pulizija qabblet l-indirizz mal-akkużat.

Żewġt irġiel ta’ 36 u 37 sena dalgħodu tressqu l-Qorti b’rabta ma’ tixrid ta’ materjal indeċenti li jinvolvi tfajliet minorenni.

Michael Kingswell ta’ 36 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ kien akkużat waħdu li pparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ tfajla minuri ta’ 14-il sena u li b’għemil żieni ikkorrompa lill-istess tfajla.

Quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, l-Ispettur Joseph Busuttil spjega li waslet informazzjoni lill-Pulizija mingħand l-Interpol li kien qed jiġu trażmessti ritratti pornografiċi jew indeċenti ta’ minorenni minn sit barrani għal sit Malti. Minn investigazzjoni tal-Pulizija irriżulta li kien hemm ritratti li tniżżlu f’IP Address f’Malta u t-taqsima tas-Cyber Crime tal-Pulizija qabblet l-indirizz mal-akkużat.

Mill-investigazzjonijiet tal-pulizija irriżulta li l-akkużat kien jikkomunika ma’ minorenni permezz ta’ Facebook fejn kien jistedinhom għal sessjoni fotografika. L-Ispettur kompla li kien jibgħatilhom ukoll ritratti ta’ minorenni f’pożizzjonijiet sesswali bħala stedina biex jieħdu ritratti bħalhom. Jekk it-tfajliet jirrifjutaw, dan kien jistedinhom għal sessjoni normali ta’ ritratti iżda mbagħad kien jgħidilhom biex jikxfu partijiet ta’ ġisimhom bl-iskuża li r-ritratti jkunu iktar “artistiċi”.

L-Ispettur Busuttil qal li wara li nkiseb mandat, il-Pulizija elevat diversi tagħmir elettroniku mid-dar ta’ Kingswell fosthom kompjuters u portable drives fejn jinżammu dawn ir-ritratti. Fil-Qorti, Michael Kingswell għażel li ma jwieġeb għal ebda mistoqsija u l-Qorti qieset is-silenzju bħala dikjarazzjoni li mhux ħati tal-akkużi.

Ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest.

Tressaq ukoll Roberto Rizzo ta’ 37 sena residenti Marsaskala. Rizzo jaħdem bħala Principal Officer mal-Gvern iżda jagħmel ukoll xogħol ta’ fotografija.

L-Ispettur Busuttil spjegat li l-investigazzjoni f’dan il-każ skattat mill-investigazzjoni kontra Michael Kingswell. Hu qal li uħud mill-vittmi huma komuni u qal li meta saret it-tfittxija fid-dar tiegħu, il-pulizija elevat ħafna apparat elettroniku.

Jirriżulta wkoll skont il-Pulizija li Rizzo kien juża’ l-istess mod ta’ Kingswell biex jagħmel kuntatt ma’ tfajliet permezz tal-midja soċjali.

Rizzo wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Busuttil. Michael Kingswell kien assistit mill-Avukat Arthur Azzopardi filwaqt li l-Avukat Roberto Montalto deher għal Roberto Rizzo.