Lokali

Karozza f’Bormla tinħakem min-nirien

Arkivji

Tul dan il-lejl karozza tat-tip Toyota Vitz li kienet ipparkjata fi Triq Feliċ f’Bormla nħakmet min-nirien qawwija.

Il-Pulizija kkonfermat dan il-każ u qalet li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident li seħħ għall-ħabta tat-2.40am.

Mhux l-ewwel darba li f’din it-triq ħadet in-nar xi vettura.

Il-Pulizija qalet li għadu kmieni biex jinħarġu iktar dettalji, u li nħatret inkjesta.