Formula 1 Sport

L-ewwel pole position tal-istaġun tmur għal Lewis Hamilton

Lewis Hamilton kiseb it-62 pole position tal-karriera

Lewis Hamilton se jibda l-ewwel Grand Prix tal-Awstralja mill-pole position wara li għeleb l-isfida ta’ Sebastian Vettel fil-provi uffiċjali li saru f’Melbourne lbieraħ. Dan ir-riżultat kien wieħed ottimist għal Ferrari hekk kif Vettel spiċċa biss anqas minn 0.3 ta’ sekonda wara l-Brittaniku.

“Se tkun tiġrija missielta,” ammetta Hamilton. L-aħħar darba li Vettel u Hamilton bdew tiġrija ħdejn xulxin fl-ewwel filliera kienet fit-tiġrija tal-Bahrain fl-2015. “It-tim qed jissaħħaħ u n-nies jinsabu preparati. Qed nitjiebu,” qal Vettel.

Il-bidu fl-ewwel filliera ta’ Vettel se jkun l-ewwel wieħed mill-Grand Prix ta’ Singapore fl-2015, filwaqt li l-pole ta’ Hamilton kienet it-62 waħda tal-karriera u s-sitt waħda f’Albert Park. Sieħeb Hamilton, Valtteri Bottas spiċċa fit-tielet post, veru ftit wara Vettel, bis-sewwieq l-ieħor tal-Ferrari Kimi Raikkonen itemm fir-raba’ post.

Kwalifiki negattivi għal Red Bull hekk kif l-Awstraljan Daniel Ricciardo tilef il-kontroll fit-tielet fażi tal-kwalifikazzjoni, u se jibda barra l-ewwel għaxra hekk kif mistenni se jkollu jibda l-gearbox minħabba l-ħabta. Max Verstappen temm fil-ħames post, b’distakk mill-ewwel erba’ sewwieqa.

Romain Grosjean ta’ Haas b’sorpriża kiseb is-sitt post, filwaqt li l-veteran Felipe Massa ta’ Williams spiċċa fis-seba’ post fir-ritorn tiegħu fl-isport. Iż-żewġ sewwieqa tat-Toro Rosso Carlos Sainz u Daniil Kvyat għaqdu l-ewwel għaxra flimkien ma’ Ricciardo.

Kif se jibdew

1.     Lewis Hamilton             Mercedes    1:22.188

2.     Sebastian Vettel            Ferrari        1:22.456

3.     Valtteri Bottas               Mercedes    1:22.481

4.     Kimi Raikkonen            Ferrari        1:23.033

5.     Max Verstappen            Red Bull     1:23.485

6.     Romain Grosjean          Haas           1:24.074

7.     Felipe Massa                  Williams     1:24.443

8.     Carlos Sainz                   Toro Rosso 1:24.487

9.     Daniil Kvyat                   Toro Rosso 1:24.512

10.   Daniel Ricciardo           Red Bull      Bla ħin

It-tieni fażi

11.    Sergio Perez                   Force India 1:25.081

12.   Nico Hulkenberg          Renault        1:25.091

13.   Fernando Alonso          McLaren      1:25.425

14.   Esteban Ocon                Force India 1:25.568

15.   Marcus Ericsson           Sauber         1:26.465

L-ewwel fażi

16.   Antonio Giovinazzi        Sauber        1:26.419

17.   Kevin Magnussen          Haas            1:26.847

18.   Stoffel Vandoorne         McLaren     1:26.858

19.   Lance Stroll                     Williams     1:27.143

20.   Jolyon Palmer                Renault       1:28.244