Matthew Mamo minn Ruma
“L-Unjoni Ewropea mill-ġdid trid tpoġġi liċ-ċittadin fil-qofol tal-proċess tat-teħid tad-deċizjonijiet.”
Kliem is-Sindku ta’ Ruma Virginia Raggi fid-diskors tagħha hekk kif il-mexxejja Ewropej qed jiltaqgħu fil-kapitali tal-Italja biex jikkommemoraw is-sittin sena mill-iffirmar tat-Trattat ta’ Ruma.
Fi żmien meta hafna Ewropej huma disilluzi mill-Unjoni Ewropea u jħossu li huma maqtugħa mid-deċizjonijiet li jittieħdu fuq livell Ewropew, Raggi appellat lill-mexxejja Ewropej biex jaħdmu flimkien billi jiftħu l-bibien u qalbhom għaċ-ċittadini.
“Hu biss bil-parteċipazzjoni ta’ kulħadd li l-Ewropa tkun leġittimizzata. Il-kulturà Ewropea hi din, id-diversità qalb rispett għall-identità nazzjonali u l-istorja tal-pajjiżi rispettivi,” iddikjarat Raggi.
Stqarret li waqt li fl-Ewropa jeżistu forzi kuntrarji, iċ-ċittadini Ewrlpej jeħtieġu risposti konkreti “għaliex l-Unjoni Ewropea twaqqfet propju għalhekk, biex taqdi l-bżonnijiet taċ-ċittadini.”
//= $special ?>