Sasa Andrejevic ċittadin Serb ta’ 41 sena, kien ikkundannat għal 9 xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta li daħal Malta b’dokumenti foloz.
Andrejevic wasal Malta ilbieraħ b’titjira mill-Bulgarija u mill-ewwel kontrolli tal-Pulizija tal-Immigrazzjoni irriżulta li kellu dokumenti foloz.
Id-Difiża irrimarkat li l-akkużat ikkollabora mill-ewwel mal-awtoritajiet u li ammetta fi stadju bikri. Qalet ukoll li Andrejevic lest iħalli Malta immedjatament jekk il-Qorti tikkundannah għal sentenza sospiża.
Fil-fatt, il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Aaron Bugeja, ikkundannat lil Andrejevic għal 9 xhur ħabs sospiżi għal sentejn.
Hu se nżamm taħt detenzjoni sakemm jaqbad titjira lura lejn pajjiżu għada. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Victor Aquilina filwaqt li Andrejevic kien assistit mill-Avukat tal-Għajnuna Legali Leontine Calleja.
//= $special ?>