Lokali

Żewġ persuni jinqabdu waqt li pruvaw jidħlu f’dar

Arkivji
Żewġ persuni nqabdu mill-Pulizija waqt li pruvaw jidħlu ġo residenza privata f'Birkirkara

Żewġ persuni kienu arrestati wara li s-Sibt filgħaxija nqabdu fil-fatt waqt pruvaw jwettqu serqa f’dar privata fi Triq il-Ferrovija f’Santa Venera.

Jirriżulta li xi persuni rrapurtaw lill-Pulizija li kienu semgħu xi ħsejjes mhux tas-soltu fuq il-bjut tagħhom.

Hekk kif il-Pulizija waslu fuq il-post, inqabdu ħerġin minn residenza privata.

Iż-żewġ persuni, ta’ 36 u 57 sena rispettivament, kienu arrestati mill-Pulizija għall-iktar stħarriġ.