It-Tnejn, il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg jibda jieħu sehem fil-fażi finali taċ-China Snooker Open organizzat mill-World Snooker Association li ser jintlagħab f’Beijing University Students Gymnasium fil-kapitali Ċiniża. It-turnament jibqa’ sejjer sal-Ħadd 2 ta’April.
Borg ikkwalifika għall-fażi finali wara li f’Jannar li għadda għeleb lill-plejer Ingliż Jack Lisowski bl-iskor ta’ 5-1 fi Preston fl-Ingilterra. Borg ikun fl-azzjoni kontra l-plejer Ċiniż Niu Zhuang li daħal f’dan it-turnament bħala wildcard.
Ir-rebbieħ ta’ din il-logħba jilgħab kontra l-plejer numru 17 fid-dinja l-Ingliż Ricky Walden nhar it-Tlieta fis-2.30pm (ħin ta’ Malta). Il-logħbiet ikunu fuq l-aħjar minn disa’ frames. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq www.worldsnooker.com.
//= $special ?>