Lokali

FILMAT: Chris Cardona komdu bil-kumpaniji sigrieti fil-Panama

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona hu komdu bil-fatt li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama, biex fihom ipoġġu mal-miljun ewro fis-sena ġejjin mill-commissions.

Chris Cardona – li ħa post Konrad Mizzi bħala Deputat Mexxej tal-Partit Laburista wara li nqabad bħala l-uniku Ministru fl-Unjoni Ewropea b’dan l-arranġament finanzjarju – ammetta dan waqt li kien qed jiġi intervistat minn Pierre Portelli waqt il-programm Indepth li jixxandar fuq is-sit www.independent.com.mt.