Raġel mill-Ħamrun inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li seraq il-flus minn appartament fix-Xemxija, fejn jgħixu xi qassisin.
Il-każ seħħ matul il-ġurnata tal-bieraħ meta Silvio Pace ta’ 48 sena allegatament seraq madwar €4,000.
Filwaqt li r-raġel ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Marseanne Farrugia ordnat li jibqa’ miżmum taħt arrest minħabba l-fedina penali li għandu mimlija daqs bajda kif ukoll minħabba li għad fadal xi persuni x’jixhdu.
Madanakollu, il-Qorti tat parir lid-Direttur tal-ħabs sabiex illum wara nofsinhar Pace jitħalla jservi ta’ parrinu fil-Paroċċa tal-Ħamrun.
//= $special ?>

