Futbol Sport

Malta tibda l-impenji kontra l-Belġju

It-Tnejn it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena jilgħab l-ewwel logħba mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-2019 kontra l-Belġju. Il-Maltin, li se jkunu qed jilgħabu barra minn darhom, bla dubju se jkunu jridu jwettqu reazzjoni wara li matul il-ġimgħa tilfu bi skor ta’ 5-0 partita ta’ ħbiberija kontra l-Lussemburgu.

Ta’ min jiftakar li fl-aħħar impenn tagħhom f’rawnd ta’ kwalifikazzjoni il-Maltin taħt it-tmexxija ta’ Vella kisbu rekord ta’ 11-il punt. Huma se jkunu qed jerġgħu jilagħbu kontra wieħed mit-timijiet li lagħbu miegħu f’dawn l-aħħar sentejn, il-Belġju. Dawn tal-aħħar kienu rebħu 2-0 f’darhom u 3-2 f’Kordin.

Fl-istess grupp ta’ Malta hemm anke Ċipru, l-Ungerija, l-Iżvezja u t-Turkija. Il-gowlkiper ta’ Floriana Matthew Grech ġie mgħajjat mal-iskwadra wara li l-gowlkiper ta’ Tarxien Philip Schranz weġġa’ fit-telfa ta’ 5-0 kontra l-Lussemburgu.

L-iskwadra li sejjaħ Silvio Vella hi:

Gowlkipers: Jake Galea (St Andrews); Matthew Grech (Floriana). Difensuri: Jean Borg (Valletta); Michele Sansone (Sliema Wanderers); Karl Micallef (Ħamrun Spartans); Nikolai Muscat (San Ġwann); Dunstan Vella (Hibernians); Kurt Zammit (Tarxien Rainbows).

Midfielders: Myles Beerman (Rangers, Scotland); Jurgen Suda (Pietà Hotspurs); Juan Corbalan (Gżira United); Jake Grech (Ħamrun Spartans); Matthew Guillaumier (Birkirkara); Zachary Scerri (Gżira United).

Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hibernians); Aidan Friggieri (St Andrews); Joseph Mbong (NK Inter Zapresic, Croatia); Kyran Nwoko (St Andrews).