Lokali Unjoni Ewropea

Żgħażagħ Maltin f’mixja favur Ewropa aktar magħquda

Għas-60 anniversarju mit-trattati ta’ Ruma, matul il-ġurnata tal-bieraħ ġiet organizzata mixja favur l-Ewropa fil-Belt Kapitali Taljana, fejn fiha ħadu sehem fost oħrajn Kayrin Gauci (President JEF Malta) u Rebecca Zammit (International Officer).

Eluf ta persuni ħadu sehem fil-March for Europe bil-għan li jappellaw lill-mexxejja tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea sabiex japprovaw roadmap bit-tir li l-Ewropa terġa’ ssib għaqda politika hekk kif sfortunatament in-nazzjonaliżmu estrem qed isib l-għeruq fil-komunitajiet Ewropej.