Lokali

1772 student jippreżentaw petizzjoni fil-parlament

Id-deputat Nazzjonalista George Pullicino ippreżenta fil-parlament petizzjoni iffirmata minn 1772 student dwar il-kundizzjonijiet ħżiena li ffaċċjaw waqt eżami tal-O level fit-Taljan u l-Ġermaniż.

In-nuqqas kien fil-mument li l-istudenti kellhom jisimgħu siltiet b’lingwa barranija biex ikunu stabbiliti l-kapaċitajiet tagħhom biex jifhmu din il-lingwa. Jirriżulta li l-kwalità tas-sessjoni ma kinitx tajba u ħolqot diffikulajiet kbar għall-istudenti.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li l-Ministeru diġà ħa passi biex ma jkunx hemm tfal li jsofri xi żvantaġġ kaġun ta’ dawk id-diffikultajiet. Hu ppjanat li jittieħdu l-passi meħtieġa biex ma jiġrix l-istess għax mhux ġust li l-istudenti ma jisimgħux kif suppost. Fil-fatt il-Bord tal-Matsec se jikkomunika mal-istudenti biex ikunu stabbilit x’passi se jittieħdu.