Lokali

FILMAT: Immaġinak tiġi wiċċ imb’wiċċ ma’ dan!

 

Xi ftit tat-traskuraġni ta’ xufier setgħet wasslet għal inċident ikrah fis-Swatar.

Filmat li ttella’ lbieraħ waranofsinhar fuq Facebook juri karozza li wara dawra mar-roundabout ta’ barra l-Isptar Mater Dei qabdet it-triq li twassal għal Birkirkara (it-triq ta’ ħdejn il-Call Center tal-HSBC).

Madankollu, ix-xufier jidher li minflok it-triq lejn Birkirkara, għal xi raġuni qabad il-karreġġjata li tagħti lejn is-Swatar … mingħajr ma nduna li din il-karreġġjata hi opposta!

Fortunatament, dan ix-xufier waqaf fil-ħin biex kien evitat inċident ma’ karozza oħra li kienet għaddejja fid-direzzjoni t-tajba, fi triqtha lejn l-Isptar Mater Dei.

(Filmat: Facebook / Christopher Saliba)