Il-Ministru Edward Zammit Lewis jikkonferma li hemm il-ħsieb li jitnaqqsu l-ħaddiema mill-Air Malta.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis stqarr li l-Air Malta għandu aktar ħaddiema millli dak li jitlob l-operat – u għalhell reġa’ tenna l-ħsibijiet tal-Gvern li jitkeċċew il-ħaddiema.
Meta mistoqsi minn NET News dwar meta se jibdew jitkeċċew il-ħaddiema mill-linja nazzjonali tal-ajru, u liema se jkunu l-ħaddiema li jitkeċċew, il-Ministru Edward Zammit Lewis ħarab milli jirrispondi l-mistoqsija u insista li hu dejjem ikkonsulta mal-ħaddiema.
//= $special ?>