Iċ-Ċiklun Debbie li wasal mal-kosta ta’ Queensland fl-aħħar minuti diġa’ ħasad il-ħajja ta’ mara li mietet kawża tal-maltemp enormi u riħ qawwi fin-naħa ta’ fuq tal-Awstralja.
Il-mara li mietet għandha 31 sena. Kollox jindika li hi tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku.
Eluf diġa’ ġew evakwati biex imorru lejn zoni aktar siguri. Binjiet oħra ġew imbarrati b’boroz tar-ramel, hekk kif iċ-ċentru taċ-ċiklun riesaq dejjem aktar lejn l-art. Bħalissa ċ-ċiklun Debbie qed jitqies f’kategorija 4.
Debbie huwa l-agħar ċiklun li laqat l-Awstralja sa mill-2011.
//= $special ?>