“It-tobba fl-Emerġenza qed jaħdmu għax jafu li hemm il-Kap Eżekuttiv qed jarhom”. Hekk stqarr il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ilbieraħ f’intervista ppubblikata fis-Sunday Times, liema intervista ġabet reazzjoni qawwija ta’ kundanna mill-Assoċjazzjoni tat-Tobba (MAM).
Skont il-MAM, b’dak li qal il-Ministru Fearne qed jitfa’ dubji serji fuq il-professjonalita’ tat-tobba.
“It-tobba fl-emerġenza, b’integrita’ u professjonalita’, iwettqu dmirhom taħt pressjoni kostanti iżda b’impenn kbir lejn il-pazjent”, qalet il-MAM fi stqarrija maħruġa kmieni dalgħodu.
Għaldaqstant, il-MAM talbet kjarifika mingħand il-Ministru tas-Saħħa.