– Mario Galea, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea appella lill-gvern biex jilleġiżla kemm jista’ jkun malajr biex tinqata’ l-moħqrija tal-annimali fosthom dik li l-klieb jinżammu marbuta għal ħinijiet twal.
F’diskors waqt id-dibattitu parlamentari fuq l-Abbozz ta’ Liġi biex Jemenda l-Att dwar it-Trattazzjoni Xierqa għall-Annimali, Mario Galea qal li kienet l-Oppożizzjoni li pemezz ta’ Private Member’s Bill pproponiet li l-klieb ma jibqgħux jinżammu marbrutin.
Dan sar sena ilu, sostna Mario Galea, li kompla li din kienet proposta li diversi NGOs tkellmu favuriha. Hu qal li l-proposta tal-Oppożizzjoni tinkludi wkoll l-użu ta’ ktajjen u ta’ kullar li jagħti xokkijiet lill-klieb.
Mario Galea staqsa għaliex il-gvern dam sena biex iressaq dan l-avviż legali u għaliex ma kinitx emendata l-liġi kif diġà sar mill-istess Segretarju Paramentari. Hu qal li l-Gvern ħalla din is-sitwazzjoni għal sena sħiħ b’diffikultajiet kbar għall-klieb li jkollhom jgħaddu minnhom meta jkunu marbutin. Fir-realtà l-klieb marbutin biċ-ċinga għal ħinijiet twal isiru aggressivi.
Mario Galea qal li l-klieb li jkunu marbuta għal ħinijiet twal ikollhom problemi ta’ indafa, ikel, xorb u kundizzjonijiet diċenti.
Dan filwaqt li dawn il-klieb huma l-inqas klieb li jingħataw attenzjoni medika. Hu appella biex isir l-avviż legali għaliex m’hemmx liġi biex jittieħdu passi kontra min jabbuża mill-annimali billi jżommhom marbutin għal ħinijiet twal.
L-annimali li kellhom intervent kiruġiku għandhom ikunu protetti u għandu jkun assiguart li ma jibqax ikun hemm annimali li jsofru minn interventi kiruġiċi. Hu tajjeb li dawn il-klieb ma jitħallewx jieħdu sehem f’wirijiet biex b’hekk is-sidien ma jkunu inkoraġġiti jagħmlu dawn l-interventi.
Id-deputat Nazzjonalista appella biex anki l-annimali li jinġiebu mnn barra u li jkollhom interventi mediċi ma jitħallewx jieħdu sehem fil-wirijiet jew jinbiegħu.
Mario Galea qal li dwar dan hemm konvenzjoni tal-UE li tikkundanna din il-prattika krudili. Hu kkritika l-liġi li tgħid li l-annimali li għandhom interventi mediċi jistgħu jiddaħħlu u qal li ndikaw il-klieb għandhom ikunu miżumuma għaliex anki huma vittmi ta’ ħruxija.
Hu appella biex isiru l-ispezzjonijiet neċessarji fil-pet shops u semma l-l-Għaqda tal-Annimali Abbanudnati li se jkollhom il-kirja tal-post mitmuma waqt li l-ispiża se tlaħħaq wisq biex art f’Ta Qali tkun sostnuta. Dawn jiġbru madwar 600 kelb abbanundat u jieħdu madwar 200 kelb tal-Annimla Welfare. Hu appella biex ikun iktar appoġġ iżda huma mpossibbli li danw jiġbru l-fondi għall-proġett.
//= $special ?>