Kungress EPP Malta Lokali

Joseph Daul jasal Malta għall-Kungress tal-PPE

Daul se jkun qed jindirizza l-Kungress tal-PPE li se jitlaqqa' f'San Ġiljan bejn l-Erbgħa u l-Ħamis

Wasal Malta l-President tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) Joseph Daul.

Kien l-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa li laqa’ lil Daul mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Din il-ġimgħa Joseph Daul se jkun qed jindirizza l-Kungress tal-PPE li se jitlaqqa’ f’San Ġiljan.

Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Internazzjonali tal-PN Trevor Degiorgio.