Lokali

L-Għada tal-inċident fatali fil-Marsa: messaġġi u bukketti tal-fjuri fil-post fejn seħħ l-inċident

L-għada tal-inċident fatali fil-Marsa li ħasad il-ħajja ta' Redeemer Tesi ta' 21 sena minn Raħal Ġdid

L-Għada tal-inċident fatali fil-Marsa li ħasad il-ħajja ta’ Redeemer Tesi ta’ 21 sena minn Raħal Ġdid, il-post fejn seħħ l-inċident fi Triq Aldo Moro l-Marsa nbidel f’post li jfakkar il-memorja ta’ dan iż-żagħżugħ, b’diversi messaġġi u bukketti tal-fjuri.

Anke fuq il-midja soċjali komplew jinkitbu diversi messaġġi minn ħbieb ta’ Redeemer. Wieħed mill-aktar messaġġi li spikka kien ta’ l-akbar ħabib ta’ Redeemer, Cesko Bonnici, li ftit wara li seħħ l-inċident kien ukoll fuq il-post.

Cesko ddeskriva lil Redeemer bħala ħuh li qatt ma kellu u li se jibqa’ jiftakar il-memorji sbieħ li għexu flimkien.

FILMAT: Żagħżugħ jitlef ħajtu fil-Marsa