Lokali

Mediċini li jintużaw mill-anzjani out of stock

Mediċini out of stock

Minkejja l-ftaħir tal-Gvern li jgħid li solva l-problema tal-mediċini out of stock, il-fatti juru mod ieħor tant li informazzjoni li għandu Net News jirriżulta li bħalissa hawn tal-inqas lista ta’ tmien mediċini essenzjali li huma out of stock.

Il-lista ta’ dawn il-mediċini essenzjali li huma out of stock hi din; Aspirin 75mg EC li tintuża għaċ-ċirkulazzjoni; Atenolol 25mg  li tintuża biex tirregola t-tabit tal-qalb; Bendrofluozide 2.5mg li tintuża għall-pipi; Carvedilil 25mg li tintuża għall-mard tal-qalb; Formeterol Inhaler li tintuża għall-mard tal-pulmun bħal Ażma; Gliclazide 80 mg li tintuża għad-dijabete, Simvastatin 10mg li tintuża għall-Kolesterol u Warfarin 3mg li tintuża biex traqqaq id-demm, speċjalment minn persuni anzjani.

Minħabba dawn il-mediċini kollha huma out of stock, in-nies li jeħtieġu dawn il-mediċini qed ikollhom jixtruhom huma personalment. Ħafna pensjonanti li jużaw dawn il-mediċini essenzjali qed jispiċċaw joħorġu parti sostanzjali mill-pensjoni tagħhom biex jixtru dawn il-mediċini li jridu jieħdu bilfors għax inkella jkun hemm konsegwenzi għal saħħithom.