Il-kowċ ta’ Napoli Maurizio Sarri ġie vvutat l-aqwa kowċ tas-sena u għeleb l-isfida tal-kowċ ta’ Juventus Max Allegri u dak ta’ Sassuolo Eusebio Di Francesco.
Dan l-unur jingħata skont dak li jkun kisbu l-kowċis fl-istaġun preċedenti. Sarri, li kien qed imexxi lil Napoli fl-ewwel staġun tiegħu, għen lit-tim itemm fit-tieni post tal-klassifika. Il-kampjonat intrebaħ minn Juventus imma minkejja dan Sarri rċieva 25 vot mingħand 61 kowċ filwaqt li Allegri rċieva tlieta inqas minnu. Di Francesco ġab sebgħa.
Ta’ min jiftakar li fil-ġimgħat li ġejjin Juventus u Napoli jiltaqgħu darbtejn kontra xulxin, l-ewwel fil-kampjonat umbagħad fit-tieni leg tas-semifinali tal-Coppa Italia.
Fil-kategorija tal-kampjonat tas-Serie B Ivan Juric ta’ Crotone ġie vvutat l-aqwa kowċ.
//= $special ?>