Fil-Common Room tal-Kunsill Studenti Universitarji, il-KSU, fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta ġiet organizzata diskussjoni dwar il-Giħad Iżlamiku u t-Terroriżmu.
Din id-diskussjoni ġiet organzzata mill-KSU flimkien mal-Komunita’ Aħmadija Musulmana f’Malta li l-President tagħha hu Laiq Ahmed Atif.
Minn naħa tiegħu Ahmed Atif tkellem dwar x’inhu l-kunċett tal-ġiħad iżlamiku, ir-rwol tan-nisa fl-iżlam, id-demokrazija fl-iżlam x’inhi, dwar is-shariah u dwar it-terroriżmu.
Il-President tal-Komunita’ Musulmana qal li l-ġiħad jiġi miżinterpretat minn ħafna musulmani. Skont l-ispjega li ta’ l-giħad iżlamiku hu l-ġlieda kontra l-egoiżmu, l—imħabba lejn allah u l-ġiħad u wkoll id-difiża lejn l-imħabba għar-reliġjon. Laiq Amed Atif qal wkoll li l-Koran iwassal messaġġ ta’ imħabba u paċi.
Bħala parti mid-diskussjoni kien hemm wkoll eżebiżżjoni tal-Koran u xi jgħid. Fosthom li l-Iżlam jiċħad it-terroriżmu.
Minn naħa tagħha l-President tal-Kunsill Studenti Universitarji Stef Dalli qalet li qed ngħixu f’soċjeta’ fejn qed tiddomina l-biża tar-reliġjonijiet. Dan qed iwassal biex minflok naċċettaw lil xulxin f’diversita’ tagħna qed nemarġinaw sezzjonijiet partikolari tas-soċjeta’. Qalet wkoll li hu importanti li nħaddnu l-inklużjoni fil-forom kollha tagħha.
Waqt id-diskussjoni li kienet miftuħa għall-istudenti tal-Universita’ u l-lecturers ipparteċipa wkoll l-Imam tal-Komunita Aħmadija Musulmana fl-Irlanda.
//= $special ?>