Internazzjonali

Il-Grigal tal-Awstralja taħt assedju minn ċiklun ‘Debbie’.

Fl-Awstralja, z-zoni lejn il-Grigal qegħdin iġarrbu l-effetti ta’ wieħed mill-akbar ċikluni li qatt laqat lill-pajjiż għal dawn l-aħħar snin u li qed ikun ikkunsidrat bħala maltempata ta’ kategorija erba’.

Iċ-ċiklun imlaqqam Debbie, s’issa, ikkaġuna ħsarat enormi fost irwiefen mill-aktar qawwija u ħalbiet tax-xita li mhuma jaqtgħu xejn, waqt li l-awtoritajiet Awstraljani qed isejjħu biex ir-residenti qalb il-komunitajiet milquta jeżerċitaw il-massimu tal-kawtela. Dan waqt li l-elementi taċ-ċiklun ikkaġunaw qtugħ tad-dawl għal għexieren ta’ eluf ta’ djar.

Il-Prim Ministru Awstraljan, Malcolm Turnbull informa lill-Parlament li kien attiva pjan għal reazzjoni massima f’sitwazzjoni ta’ diżastru.